top of page

AUTOBIOGRAPY - AWTOBIJOGRAFIJA

Kont ili ntella’ u nniżżel jekk għandix nikteb dawn it-tifkiriet għax kull meta nasal biex nibda, quddiem għajnejja kienet tidher il-mistoqsija miktuba b’ittri kbar u suwed:

“Imma din lil min se tinteressa?”

U kull darba kont nerÄ¡a’ lura u nitlaq kollox sakemm darba waħda, waqt li kont qed naqra xi kitba dwar l-awtobijografiji, laqtitni ħafna din is-sentenza:

Kull bniedem, hu min hu, għandu storja x’jgħid. L-importanti hu kif se jgħidha u għaliex irid jgħidha.

U kien dan il-ħsieb li ġegħelni nibda niġbor il-materjal biex insawwar din l-awtobijografija. Għal aktar minn darba bdejt nistaqsi lili nnifsi:

‘X’inhu l-iskop ta’ din il-kitba? U x’għandi nikteb jew inħalli barra?’

It-tweÄ¡iba għall-ewwel mistoqsija ma kinitx diffiÄ‹li. Ä iet weħidha. Kont żgur li l-għan ewlieni ta’ din il-kitba kien biss li nagħmel vjaÄ¡Ä¡ lura lejn l-imgħoddi u nÄ¡edded xi ftit minn dak li għaÄ¡inli ħajti matul is-snin li għaddew minn fuqi. Imma barra minn hekk kien hemm ukoll ix-xewqa li nħalli rigal-tifkira lil dawk kollha li huma qrib tiegħi, ibda mill-familja u spiÄ‹Ä‹a fil-ħbieb u l-qarrejja tal-kotba tiegħi.

bottom of page